Search
Show prices tax inclusive
All Categories
    Menu Close

    L-IMXAJTNA - JOSEPH A. CACHIA

    Skopri disa’ stejjer tal-biza’ li se jzommuk fuq ix-xwiek! Mill-ispirti ghall-kreaturi misterjuzi, "L-Imxajtna" jigbdek f’dinja ta’ misteri u rabtiet bejn il-hajjin u l-mejtin.

    SKU: 9789918213849
    banner
    Availability: 1 in stock
    €14.95 incl VAT
    i h

    Din hija gabra ta’ disa’ stejjer tal-biza’ li ghandhom ihalluk tistaqsi lilek innifsek jekk dak li taqra fihom setax sehh tassew. Bejn il-hajjin u l-mejtin hemm rabta li tista’ tressaqhom lejn xulxin. Il-haj ghandu mnejn jiltaqa’ mal-mejjet… jew dak li taparsi mejjet. U l-ispirti, it-tajbin u l-hziena, kif jaffettwaw lil dawk li hajjithom ghexuha qisu ma hemm xejn wara li jaghlqu ghajnejhom fil-mewt? F’dawn l-istejjer se niltaqghu ma’ tfajla mxajtna fi zmien il-Gran Mastru Pinto. Niltaqghu wkoll ma’ ragel li jsostni li jibqa’ jkollu rabtiet ma’ ommu anki wara mewtha. Imbaghad hemm dik l-omm u bintha li joholmu l-istess holm b’konnessjoni ma’ delitt li sar aktar minn mitt sena qabel. Qrib it-tmiem tas-seklu 19 wasal Malta bastiment li fuqu kien hemm kreatura li kellha tbiddel hajjet familja. Il-konsegwenza ta’ dan baqghet tinhass sal-lum meta ragel b’id wahda jirrakkonta grajja makabra. Kien hemm konnessjoni bejn tenur famuz li qatt ma jitkellem u anzjani li bdew imutu wara li jinstema’ jkanta? Tixtieq li thares f’mera u tara lilek innifsek kif se tkun hamsin sena ohra? Ahjar ma tkunx taf ghax zgur tibza’ b’dak li tara!

    0.0 0
    Write your own review Close
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    • Bad
    • Excellent
    • Product can be reviewed only after purchasing it
    • Only registered users can write reviews
    *
    *
    *
    *

    Share Reward Point

    You have to login with this store to use this functionality

     

    × Avatar
      *