Il-vuci rqiqa regghet dwiet mal-hitan tas-sala. “Ma nafx fhimtx tajjeb… jigifieri biex inkunu tassew dak li ahna, irridu ninqatghu mill-gheruq taghna stess?” staqsiet b’dak il-hjiel ta’ ecitament li issa kienet drat.
Ammiratha. Ghad tkun gurnalista tajba, hasbet. “Biex inkunu innovattivi, iva, irridu nitqacctu mill-passat, inkella nibqghu nghixu fl-ghanqbut u…”
“Imma l-passat mhux dak li jaghmilna?” waqqfitha did-darba b’inqas ezitazzjoni f’lehinha. “Jekk nichdu l-passat ma nkunux qed nichdu lilna nfusna wkoll?”
Sal-laqgha ma’ Yusif, Altma kienet il-gurnalista medjokri tal-ahhar fillieri u tal-artikli li hadd ma jrid jaqra. Hu kien bidilha. Qaccatha mill-imghoddi u fi ftit zmien sabet ruhha fil-quccata tal-professjoni, l-ghira tal-kollegi u mfittxija minn kulhadd.
Izda kollox ghandu prezz.
Bhal pajjizha, Altma tinsab f’salib it-toroq bejn imghoddi kolonjali u prezent imcajpar, mistur wara maskra tlellex…